Internazzjonali

Arrestati suspettati dwar it-terroriżmu fi Franza u l-Ġermanja

epa05032629 Local police officers patrol near the Duomo in Milan, Italy, 19 November 2015. Security has been beefed up in Milan following the 13 November Paris attacks and an FBI security alert. Authorities in Italy had received information about five suspected terrorists who might have been planning attacks on famous Italian landmarks, news reports said. EPA/MOURAD BALTI TOUATI

Il-Pulizija fi Franza arrestaw raġel bħala parti mill-investigazzjoni dwar l-attakki tat-13 ta’ Novembru mill-ISIS fil-qalba ta’ Pariġi, li rriżultaw f’130 maqtula.

L-arrestat, ta’ 29 sena, spiċċa miżmum fir-reġjun tal-kapitali u mifhum li kellu pjan biex imur is-Sirja.

Intant, il-Pulizija Franċiża arrestat ukoll lil żewġ persuni fuq suspett li huma pprovdew l-armi lil terrorista li, xhur ilu, kien wettaq attakk ieħor f’Pariġi. L-arresti saru fit-Tramuntana ta’ Franza u l-persuni inkwistjoni kienu qed jgħinu l-istħarriġ tal-pulizija.

Iż-żewġ persuni – fosthom raġel b’rabtiet mal-estremisti tal-lemin – huma suspettati li appoġġjaw lil Amedy Coulibali, it-terrorista li, f’Jannar, kien attakka supermarket ta’ Pariġi li jbigħ l-ikel tal-Lhud. Coulibali kien spiċċa maqtul mill-qawwiet tas-sigurtà li assedjaw is-supermarket biex jeħilsu numru ta’ ostaġġi miżmuma minnu.

Sadanittant, Sven Lau, predikatur Iżlamiku prominenti, spiċċa arrestat f’Moenchengladbach, fil-Ġermanja, fuq suspett li qed jappoġġja grupp konness mal-ISIS. Lau hu anki suspettat li qed jirrekluta ġellieda għal ma’ dan il-grupp.