Iż-żagħżugħ ta’ 16-il sena li deher f’filmat fuq Facebook jattakka tfajla tal-istess eta’ bħalissa qed jinzamm arrestat mill-Pulizija fl-għassa tal-Belt waqt li għaddejjin investigazzjonijiet dwar dan il-każ.
Aktar kmieni: F’filmat li ttella’ llum fuq Facebook, żagħżugħ ta’ madwar 16-il sena residenti Ħal Balzan, allegatament jidher jaggredixxi tfajla tal-istess eta’ quddiem il-bini tal-Parlament fil-Belt Valletta.
Jirriżulta li l-każ seħħ madwar xahrejn ilu meta nqala’ argument bejniethom dwar xi kummenti li saru fuq il-mobiles tagħhom. Kien propju quddiem il-Parlment fil-Belt Valletta li ż-żagħżugħ l-ewwel waddab likwidu minn tazza li għaddewlu sħabu, imbagħad infexx jiġbed xagħar it-tfajla, qabel sabbatha mal-art. L-intervent immedjat ta’persuna li nzerta għaddej mill-post waqqaf dan l-argument.
Wara li ttella’ dan il-filmat, il-pulizija bdew l-investigazzjonijiet tagħhom u jidher li dan inżamm għal aktar stħarriġ.
//= $special ?>