Internazzjonali

Ġesu’ kien ferm differenti milli maħsub sa llum

Il-fattizzji ta’ wiċċ Ġesu’, li skont il-Kristjaneżmu hu iben Alla, huma ferm differenti milli kien maħsub u minn kif narawh fuq is-santi u pitturi tal-Knisja.

Dan joħroġ minn studji li għamel l-artist mediku Richard Neave li studja numru ta’ skeletri permezz ta’ teknika forensika moderna. Hawn ħareġ li wiċċ Ġesu’ kien iktar skur minn kif nafuh, qasir, b’xagħar qasir, innukklat u skur.

Ritratt li ppublika l-istess espert mediku juri lil Ġesu’ b’wiċċ usa minn kif soltu desritt, b’għajnejn skuri u daqna folta.