Kultura

“Haunted by Love” – Ira Losco bl-ewwel single mill-album il-ġdid

Ira Losco ħarġet l-ewwel single ‘Haunted by Love’ mill-album il-ġdid tagħha mistenni li joħrog fl-2016. Dan l-album ser jkun il-ħames ‘studio release’ u jimmarka l-għaxar publikkazzjoni mużikali ta’ din l-artista.

Din is-silta għandha stil ‘drum and bass’ li bħalissa huwa ġeneru popolari hafna fuq it-radju internazzjonali. Howard Keith ħa hsieb il-produzzjoni ta’ din il-kanzunetta ġewwa Jagged House Studios.

Ira Losco ila taħdem fuq l-album min Awwissu li għadda u ir-ritorn tagħha fix-xena jipprometti li jkun wieħed b’ħoss kurrenti ħafna. L- istil huwa differenti mill-album ” The Fire” li rebaħ l-unuri ta’ l-aqwa album ta’ sena fl-2013 u li għadu fost fl-ewwel għaxar albums fl-ITunes charts, b’ebda kompetizzjoni min artisti oħra lokali għal dawn l-aħħar tlett snin.

“Wara hafna snin u numru sostanzjali ta’ diski differenti, xorta, qatt ma nista nimmagina b’xiex ha tisorprendini Ira. Nippruvaw kemm jista jkun inzommu l’ecitament haj u etika ta’ xoghol posittiva.

Tista facilment taqa’ fin-nassa tar-rutina, pero Ira dejjem jirnexxila tagħmel affarijiet differenti mil-passat tagħha, toħroġ b’affarijiet ġodda, u kwalità bħal din mijiex komuni.

Din I’d-darba il-vidjow li jakkumpanja is-silta ‘Haunted by Love’ ħiereg fl-istess ġurnata tas-silta. Id-dirretur ta’ dan il-music vidjow huwa James Vernon flimkien ma l-produzzjoni ta’ Joshua Cassar
Gaspar mil-Malta Film. Il-Vidjow qed jintwera fuq is-sit uffiċjali ta’ Ira Losco fuq YouTube. Fil-parti tal-kowċ ta’ Ira naraw figura prominenti fid-dinja tal-boxing ġewwa pajjiżna, Bertu Camilleri, waqt li Ira tidier bħala boxer li qed tiprepara ruħha għall-ġlieda importanti, b’intensità kbira.

“Naħseb li hi xi ħaġa mill-isbaħ li nagħlaq is-sena tal-2015 bl-ewwel single mill-album il-ġdid tiegħi li ħdimt fuqu tant bil-qalb. Anke jekk jirrekjedi ħafna xogħol, diġa għandna 18 il-kanzunetta u ħerqana li noħrog l-album fl-2016. Nemmen li għandi nuża kul vejikolu li nistà biex inwassal il-mużika tiegħi lill-udjenza tiegħi, f’industrija fejn huwa faċli li tintilef fil-ġenn u l-istorbju. Naħdem b’ruħi u ġismi biex inwassal il-mużika tiegħi bl-iktar mod krejattiv possibli.”