Il-kapsula spazjali Soyuz għadha kemm ikkunkludiet il-proċess magħruf bħala docking mal-Istazzjon tal-Ispazju Internazzjonali u wara li waslet fid-destinazzjoni mingħajr problemi.
Sadanittant, ekspilota tal-Armata qed jikteb paġna oħra fl-istorja bħala l-ewwel astronawta Britanniku li ssieħeb, uffiċjalment, mal-ekwipaġġ tal-Istazzjon tal-Ispazju Internazzjonali.
Aktar kmieni llum, Tim Peake, li kellu karriera bħala Maġġur u li llum hu impjegat mal-Aġenzija tal-Ispazju Ewropea, kien tela bis-Soyuz – fil-kumpannija tal-kosmonawta Russu Yuri Malenchenko u l-astronawta Amerikan Tim Kop – mill-cosmodrome ta’ Baikonur, fil-Każakistan. Il-proċess tal-lift off sar mill-istess sit fejn, fl-1961, kien tela’ l-kosmonawta Sovjetiku Yuri Gagarin, li sar l-ewwel bniedem li tela’ fl-ispazju.
Peake u l-kollegi se jdumu sitt xhur fuq l-Istazzjon tal-Ispazju Internazzjonali fejn għandhom iwettqu esperimenti xjentifiċi, flimkien ma’ proġetti edukattivi intiżi biex jattiraw liż-żgħażagħ għal karrieri marbutin max-xjenza.
Peake, Malanchenko u Kopra, issa ssieħbu mal-ekwipaġġ ta’ tlieta fuq l-Istazzjon tal-Ispazju u dan jinkludi lill-astronawta tan-NASA Scott Kelly, li għandu impenn ta’ sena bħala parti minn programm għal riċerka medika.
//= $special ?>