Il-Prim Ministru Joseph Muscat u għadd ta’ Deputati Laburisti oħra, fosthom Joe Debono Grech, ħarġu mill-Parlament hekk kif id-Deputat indipendenti Marlene Farrugia bdiet id-diskors tagħha fid-diskussjoni dwar l-art barra miż-żona ta’ żvilupp għall-bini ta’ universita’ ġdida mill-Ġordaniżi.
Matul id-diskors tagħha Marlene Farrugia, li hi wkoll membru tal-Front Ħarsien ODŻ, kellha kritika qawwija għall-Gvern li ħa din l-art lll-pubbliku biex bil-moħbi laħaq ftehim mal-investituri Ġordaniżi biex jibnuha.
“Min jaħseb li l-Maltin huma ċwieċ jew tista’ tpoġġilhom il-bżar fuq imneħirhom sejjer żball, u ż-żejt dejjem jitla’ f’wiċċ l-ilma,” qalet Marlene Farrugia.
//= $special ?>