Lokali

“Kuraġġ Pierre” mill-minors ta’ Marsaxlokk

Iż-żgħażagħ ta’ taħt id-19-il sena ta’ Marsaxlokk illejla wasslu messaġġ ta’ kuraġġ lil Pierre Baldacchino, il-Malti u missier ta’ żewġt ibniet li nħataf fil-Libja, fejn jaħdem bħala manager tal-klinika St. James.

Baldacchino fil-passat okkupa l-kariga ta’ Segretarju ta’ Marsaxlokk F.C. u anke’ l-klabb stess fi stqarrija iktar kmieni matul il-ġurnata esprima s-sapport tal-Kumitat, l-istaff tekniku u l-plejers kollha lejn Pierra u l-familja tiegħu.