L-International Atomic Energy Agency (IAEA), li hi l-osservatur globali tal-attività fil-qasam nukleari, ikkonkludiet l-investigazzjoni dwar il-possibbiltà li l-Iran seta’ qed jiżviluppa l-armamenti nukleari.
L-investigazzjoni kienet ilha għal 12 il-sena u l-aħħar pass mill-IAEA qed titqies bħala wieħed importanti ħafna lejn it-tneħħija tas-sanzjonijiet li ilhom żmien imposti fuq l-Iran min-naħa tal-Istati Uniti, in-Nazzjonijiet Uniti u l-Unjoni Ewropea.
L-Iran minn dejjem ċaħad li kien qed imexxi programm sigriet bil-ħsieb li, ‘il quddiem, ikollu l-pussess ta’ armi nukleari.
Sadanittant, l-IAEA ikkonkludiet li l-Iran kien mexxa riċerka assoċjata mal-armamenti nukleari sal-2003 u, ‘fuq livell anqas’, sal-2009. Iżda l-aġenzija, minn dak iż-żmien, ma sabet l-ebda provi li r-reġim Iżlamiku f’Tehran kien baqa’ jinsisti ‘bl-ambizzjonijiet atomiċi’.
//= $special ?>