Is-soru li sfat misruqa il-Ħadd hi u dieħla l-kunvent fil-Marsa lesta li taħfer lil persuna li seraqha.
Ma’ Netnews, iżda bil-kundizzjoni li tibqa’ anonima, is-soru qalet li wara dak li seħħ, hi lesta li taħfer lil persuna li seraqha, qisu qatt ma kien xejn.
Is-serqa seħħet il-Ħadd filgħaxija hekk kif is-soru kienet dieħla lura l-kunvent tas-Sorijiet tal-Qalb ta’ Ġesù fil-Marsa.
Hi rrakkuntat li kienet biċ-ċwievet f’idha, lesta li tidħol lura l-kunvent wara xi qadi, meta f’daqqa waħda tfaċċa raġel li beda jgħajjat: “euros, euros”, jiġifieri beda jitlob lis-soru biex tagħtih il-flus li kellha.
Kompliet tgħidilna li imbgħad, ir-raġel resaq lejha, u ġibed il-basket li kellha f’idha u meta rnexxielu jieħdu, wara ftit sforz għalxejn mis-soru, ir-raġel telaq jiġri.
Is-soru qaltilna li peress li għandha 80 sena, provat tiġri ftit iżda l-ħalliel kien laħaq ħarab. Kien għalekk li hi mill-ewwel marret tagħmel rapport l-għassa.
Fil-basket is-soru kellha ċekk ta’ madwar €300 u madwat €15 fi flus kontanti. F’rapporti fil-media, il-basket imbgħad instab vojt mill-Pulizija fi Triq Diċembru 13.
//= $special ?>