Familja bit-tfal sfat misruqa l-lejl li għadda. Il-koppja u ż-żewġt itfal tagħhom kienu reqedin meta insterqulhom ammont konsiderevoli ta’ flus, handbag u portmoni b’aktar flus.
Is-serqa seħħet minn residenza fl-Imsida meta l-familja kollha kienet rieqda. Kollox jindika li l-persuna jew persuni li wettqu s-serqa daħlu mill-gallarija.
Waqt is-serqa, li seħħet bejn l-4.30 u l-5.30 ta’ filgħodu, il-ħallelin ħallew ħerba, b’ħafna oġġetti mifruxa bl-addoċċ mal-art. Jidher li l-ħallelin provaw anke jaraw x’hemm fil-basktijiet tal-iskola tat-tfal, tant li nstabu karti tal-iskola mifruxa mal-art ukoll.
L-ammont ta’ flus li nsterqu ma jaqbiżx il-€500. Netnews hu nfurmat li l-koppja indunat bis-serqa x’ħin qamet u minnufih għamlet rapport l-għassa.
//= $special ?>