L-Assoċjazzjoni tan-Negozji f’Tas-Sliema esprimiet it-tħassib tagħha għall-attitudni insensittiva li qed titntwera mill-awtoritajiet li baqgħu għaddej bix-xogħol f’The Strand il-Gżira fejn qed jitpoġġew xi cables tal-Enemalta.
Fi stqarrija qalet li l-awtoritajiet huma għax kollox maqtugħa mir-realtajiet tan-negozji, u mill-fatt li f’dawn il-ġranet jiżdied il-kummerċ u t-traffiku fl-inħawi ta’ Tas-Sliema.
L-Assoċjazzjoni tan-Negozji f’Tas-Sliema qed titlob li tiġi konsultata meta jkun hemm każi bħal dawn.
L-istqarrija tgħid ukoll li ħadd ma ħaseb fi pjan alternattiv biex jittaffa l-inkonvenjent li qed joħloq dan ix-xogħol.
//= $special ?>

