Sa’fyre Terry, it-tifla ta’ tmien snin li sentejn ilu tilfet lil familtha wara li persuna jew persuni mhux magħrufa qabbdu apposta r-residenza fejn kienu jgħixu, qed tirċievi mijiet ta’ kartolini u rigali kuljum.
Tant hu hekk li l-uffiċċju tal-posta fejn tgħix kellhom jagħmlu arranġamenti speċjali biex jilqgħu għad-domanda.
Dan wara li ħabib tal-familja kien għamel appell li l-familja tixtieq li persuni minn madwar id-dinja jibagħtulha kartolini tal-Milied wara li sofriet ħruq sever f’wiċċha u tilfet id u sieq kawża tan-nar li ħakem id-dar fejn kienet tgħix mal-familja.
Dan is-sit kien l-uniku f’Malta li għamel appell biex it-tifla tirċievi kartolini anke’ minn Malta, u filfatt kienu għexieren li laqgħu dan l-appell.
Min jixtieq jibgħat kartolina lil Sa’fyre jista’ jagħmel dan fuq l-indirizz: Sa’fyre Terry, P.O. Box 6126, Schenectady NY 12306.
Madankollu, u fid-dawl dawl tar-rispons qawwi għas-sejħa tal-kartolini, bħalissa qed issir enfasi ikbar biex jinġabru wkoll flus biex Sa’fyre u l-familja tagħha jiġu mgħejuna finanzjarjament għal numru ta’ operazzjonijiet u trattamenti li t-tifla għandha bżonn minn żmien għal żmien. Min jixtieq jista’ joffri l-flus hawn.
//= $special ?>