Il-PBS irreġistra telf dejjem akbar għall-aħħar tliet snin. Dan joħroġ minn rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar (NAO), li juri li l-PBS irreġistra telf qabel it-taxxa ta’ €954,285 fi tmiem Settembru 2013, €1,378,912 fi tmiem Settembru 2014 u telf li kien diġà laħħaq il-€1,164,858 sa tmeim Marzu li għadda.
Minħabba dan it-telf, il-PBS ra l-kapital negattiv tiegħu ilaħħaq rekord ta’ €757,022 fit-30 ta’ Settembru 2013, li ddeterjora għal €2,851,188 sa tmiem is-sena finanzjarja ta’ wara.
L-organizzazzjoni tal-Junior Eurovision Song Contest u l-Malta Eurovision Song Contest saħansitra ħallew defiċit ta’ €481,899, li saħansitra wasslu biex il-PBS ma setax iħallas fil-ħin lill-kuntratturi li taw is-servizzi tagħhom. Għal dawn iż-żewġ attivitajiet kien hemm tliet barranin li tħallsu €22,600.
Dan it-telf wasal minkejja li l-PBS jirċievi madwar €3 miljun fis-sena mill-Gvern u madwar €1.4 miljun aktar għall-organizzazzjoni tal-Junior Eurovision Song Contest, li sar f’pajjiżna s-sena li għaddiet.
//= $special ?>
