Lokali

Bħalissa qed isir l-irkant b’risq id-Dar tal-Providenza

Irkant b’risq id-Dar tal-Providenza fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta .

Bħalissa fl-AIM qed isir irkant ta’ solidarjeta’ taħt l-isem Lost, Found & Auctioned. Statistika miġbura mill-ajruport turi li kull sena aktar minn 2,500 oġġett jitħallew warajhom mill-passiġġieri fl-AjruportInternazzjonali ta’ Malta bl-aktar oġġetti komuni jkunu ħwejjeġ, nuċċalijiet tax-xemx u mowbajls.

Lost, Found & Auctioned hija avveniment annwali organizzat mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta bl-għan li jinġabru fondi għall-karità. Din is-sena, madwar 100 oġġett se jiġu rkantati bil-fondi miġbura jmorru b’risq id-Dar tal-Providenza, li toffri għajnuna lil persuni b’diżabilitajiet serji.