Lokali Parlament

Bini sa tmien sulari fl-art ODZ fiż-Żonqor

L-iżvilupp fl-art ODZ fiż-Żonqor se jkollu konċessjoni ta’ bini għoli tmien sulari, li se jkun ifisser id-doppju ta’ dak il-bini eżistenti li hemm fil-madwar u li għal-lokalità ta’ Marsascala dan se jkun bini għoli ħafna.

Dan żvelah id- Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea f’diskors li għamel kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-5am, fid-dibattitu dwar l-għoti tal-art ODZ fiż-Żonqor lil investitur Ġordaniż.

Filwaqt li rrimarka li tkellem ħafna fil-Parlament iżda qatt ma tkellem f’dak il-ħin, Ċensu Galea qal li bilfors li bil-mod kif mexa bih il-Gvern biex jgħaddi l-art fiż-Żonqor, hemm affarijiet oħrajn wara dan il-proċess.

Ikkritika lill-Gvern għall-mod kif ħeba dan il-proċess li kien jaf li ried jgħaddih fil-Parlament qabel il-Milied. Gvern li suppost jippjana, kellu jippjana x-xogħol tal-Parlament u ma kellux għalfejn jasal sa maratona ta’ dibattitu.

Irrifera għad-diskorsi li sar mill-Gvern li qalu li l-Oppożizzjoni hi kontra l-proġett u li hi negattiva. Iddikjara li jkun disservizz kbir lil pajjiżna jekk l-Oppożizzjoi ma titkellimx u tkun trid lill-pajjiż jimxi ‘l quddiem waqt li saħaq li dan hu pajjiż wieħed li dejjem ħadem għal-pajjiż sħiħ.

Oppożizzjoni li qed tiddefendi l-interessi tal-pajjiż u tad-demokrazija
Id-Deputat Nazzjonalista fisser li dak li għamlet l-Oppożizzjoni fid-dibattitu dwar ir-riżoluzzjoni b’rabta mal-iżvilupp fiż-Żonqor, sar biex tiddefendi l-interessi ta’ dan il-pajjiż u d-demokrazija quddiem Gvern li jibqa’ jwebbes rasu fuq materja ta’ kontroversja li ilha għaddejja x-xhur tant li wasslet ukoll biex deputat tal-Gvern titlaq lill-Gvern tagħha.

Dn hi l-ġlieda għad-demokrazija biex tibqa’ miexja ‘l quddiem u l-Gvern ma jibqax jirrombla mhux biss minn fuq l-Oppożizzjoni iżda wkoll minn fuq il-poplu.

Quddiem sitwazzjoni li fiha qed nagħtu prorpjetà u art kbira f’pajjiżna lil individwu u kumpanija, Ċensu Galea appella biex nifhmu li żbalji tal-passat ma jkunux ripetuti, jew agħar mnnhekk li jsir agħar. Wissa li filwaqt li l-konsegwenzi tad-deċiżjoni li jerfa’ l-Prim Ministru jkunu kollha fuq il-pajjiż, l-Oppożizzjoni għandha d-dover li tiftaħ għajnejn il-Gvern fuq dak li jkun qed iwettaq.
Appella lil kull membru fil-Parlament lii għandu dover li jaħdem għalll-verità li tista’ ddum ma tinkiseb u jkun hemm ukoll tbatija, iżda li fl-istess waqt irridu xorta nibqgħu mmexxu l-verità ‘l quddiem.

Semma li l-Gvern qed jipprova jirredikola l-kritika tal-Oppożizzjoni dwar il-governanza, u saħaq li l-good governance hi r-respnsabbiltà tal-politiċi kollha iżda l-akbar tal-politiċi fl-eżekuttiv.

Appella biex naħdmu u nassiguraw li dak li jkun qed jiġri jkun fl-interess tal-pajjiż. Kif saru l-affarijiet mill-Gvern fuq din ir-riżoluzzjoni, l-Oppo’izzjoni kienet fid-dover li titkellem għaliex jekk ma titkellimx illum, jista’ li għada jiġri agħar u jkun hemm min jaħseb li jista’ jibqa’ għaddej kif irid biss hu.

Spjega li l-Oppożizzjoni setgħet argumentat li ma kienx hemm il-ħtieġa ta’ dan id-dibattitu serju u twil, iżda riedet tenfasizza punti importanti fuq kontroversji li nqalgħu fuq l-użu tal-art matul numru twil ta’ snin.

Appella biex i mmexxu lill-pajjiż bi trasparenza hekk kif enfasizza li l-Oppożizzjoni qed taqdi dmirha b’mod determinat u b’konvinzjoni.