Il-qattus Miu jgħix fil-Vjetnam. Hu maħsub li jiżen 19.9 kilo u jekk il-piż tiegħu jiġi verifikat, aktarx jiġi kkonfermat bħala l-qattus l-iktar oħxon fid-dinja.
Miu jgħix f’Nam Dinh ma’ sidtu, ta’ 75 sena, Tran Thi Nga. Il-mara xtratu għaxar snin ilu meta kien għadu żgħir u kien jidher normali fid-daqs u l-piż. Imma, dak li kien differenti bejn Miu u qtates oħra bħalu, kien l-aptit f’saħħtu li dejjem kellu.
Nga qalet li kienet sorpriża b’kemm kien jiekol u xahar minnhom tant kiel li żied il-piż bi kważi kilo. Meta kompla jżid fil-piż, Miu beda jsir dejjem iktar popolari tant li kienu ħafna dawk li kienu jmorru d-dar ta’ Nga apposta biex jarawh.
Skont membri tal-familja ta’ Nga, il-qattus qatt ma jipprova jisraq l-ikel. Iħobb ħafna l-ħalib u jieħu banju, u minkejja l-piż tiegħu jista’ jiċċaqlaq b’mod faċli ħafna. Jaqbad ukoll il-ġrieden u jaqbeż it-taraġ. Kienu ħafna dawk li ppruvaw jixtru l-qattus mingħand Nga imma l-mara ma ħalliet lil ħadd jeħodulha.
Ir-rekord dinji għall-itqal qattus bħalissa hu fil-Ġermanja, bil-qattus Elvis li jiżen ftit iktar minn 13-il kilo. Imma jekk il-piż ta’ Miu jiġi kkonfermat, ikun hu li jieħu l-kuruna għall-itqal u l-eħxen qattus.
//= $special ?>