Meta toqrob il-Festa tal-Milied, ħafna huma dawk li jibdew sa minn ġimgħat qabel biex iżejjnu l-faċċata ta’ darhom, xi gallarija jew tieqa u anke kmamar differenti ta’ darhom, l-uffiċċju jew il-ħanut tagħhom b’xi ftit fustuni jew xeni mdawwla.
Hi tradizzjoni sabiħa wkoll tal-Maltin u l-Għawdxin li jgħixu l-ferħ tal-Milied anke billi jarmaw ix-xena tan-Natività … u oħrajn li jgħaqqdu ż-żewġ elementi flimkien: xena tan-Natività bid-dawl.
Fost oħrajn, hekk għamel Lawrence Azzopardi, min-Naxxar, li biex iżejjen il-faċċata tad-dar tiegħu uża aktar minn 11,000 bozza. M’hemmx għalfejn ngħidu li kif ix-xena tixgħel kollha, l-effett u s-sbuħija tal-kuluri tħallik bla kliem!
//= $special ?>