Lokali

Filmati: Eżerċizzju f’każ t’emerġenza

Il-Kumpanija Enemed wettqet eżerċizzju ta’ emerġenza fl-installazzjoni tagħha, f’Birżebbuġia. Dan l-eżerċizzju, li jsir fuq bażi regolari, jgħin sabiex il-kumpanija dejjem ittejjeb u tħejji lil dawk kollha involuti għal emerġenzi f’każ ta’ inċident f’dan is-sit.

Għal dan l-eżerċizzju indaqqet is-serena li tintuża fl-agħar tip ta’ emerġenza. L-Operations Manager, l-inġinier Philip Borg ta’ spjegazzjoni dwar dan ma’ Net News. (Sewgi l-kummenti fl-ewwel filmat t’hawn taħt).

Sabiex sar dan l-eżerċizzju, l-Kumpanija infurmat anke lill-pubbliku li joqogħod fl-inħawi sabiex ikunu jafu b’dak li kien se jkun għaddej u allura ma jallarmawx ruħhom u jsegwu l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet fejn ikun hemm bżonn.

Iżda forsi wieħed jistaqsi, x’tip ta’ ħidma ssir f’emerġenzi bħal dawn? Jispjega dan Toni Pisani, operations manager fi ħdan il-protezzjoni civili. (Sewgi l-kummenti fl-ewwel filmat t’hawn taħt).

Dan l-eżerċizzju ta’ emerġenza sar skont ir-regolamenti tal-Control of Major Accident Hazards. Regolamenti li qegħdin hemm sabiex il-kumpaniji jassiguraw livell għoli ta’ sigurta’ sabiex ma jkunx hemm effetti negattivi fuq il-poplu u l-ambjent.