Lokali

Fotografu Malti fost il-finalisti ta’ kompetizzjoni prestiġjuża f’Londra

Għat-tieni sena konsekuttiva, ritratt tal-fotografu Malti Joe P. Smith għadda għall-finali tan-National Portrait Gallery f’Londra bħala parti mill-premju prestiġjuż ta’ Taylor Wessing Portrait Prize.

Bl-isem ‘Village Butcher’, ir-ritratt ta’ Joe kien inkluż mal-għażla finali ta’ 55 ritratt minn fost 5,000 ritratt sottomessi minn ’il fuq minn 2,000 fotografu.

Ir-ritratt jifforma parti mill-kalendarju tal-Bank of Valletta għall-2015 li għandu t-tema partikulari ta’ prodotti tal-ikel tradizzjonalment Maltin. Ir-ritratt juri lil bejjiegħ tal-laħam Anthony Vella miż-Żurrieq jipproduċi z-zalzett Malti b’metodi tradizzjonali skont ir-riċetta speċjali tiegħu.

Il-wirja, li tinsab fin-National Portrait Gallery f’Londra, ser tibqa’ miftuħa sal-21 ta’ Frar 2016.