Biex ikun aġevolat barrani qed jitlaqqa’ l-Parlament anke f’ħinijiet tard
Id-Deputat Nazzjonalista Robert Arrigo ikkritika l-aġir tal-Gvern li mhux biss qiegħed jgħaddi minn fuq l-Oppożizzjoni, iżda l-Gvern qed jgħaddi romblu minn fuq il-Maltin meta llum qed jipproponi affarijiet li ma kienx wegħedhom fil-programm elettorali.
Meta tkellem fil-Parlament fid-dibattitu dwar il-kuntratt li bih il-Gvern se jkun qiegħed jittrasferixxi l-art fiż-Żonqor u l-proprjetà ta’ baċir f’Bormla, id-Deputat Nazzjonalista Robert Arrigo qal li filwaqt li l-Parlament qed ikun mitlub japprova art għal università, issa ġie kkonfermat li lanqas se tkun università. Sar magħruf ukoll li Sadeen qed jiġi mqabbel mal-Microsoft u l-HSBC. Dan hu insult lejn dawn il-kumpanniji kbar.
Robert Arrigo qal li biex ikun aġevolat barrani qed jitlaqqa’ l-Parlament anke f’ħinijiet tard. Hu qal li l-Gvern jista’ jgħaddi minn fuq l-Oppożizzjoni. Iżda l-Gvern qed jgħaddi romblu minn fuq il-Maltin. Illum qed jipproponi affarijiet li ma kienx wegħedhom fil-programm elettorali.
Għandna Air Malta lill-barrani, passaporti lill-barrani u dejjem lil nies li ġejjin mill-istess inħawi tad-dinja. Staqsa jekk il-Bank of Valletta hux se jipprovdi finanzi lil dan l-investitur.
Robert Arrigo qal li meta xi ħadd jaħbi jkun hemm raġuni għaliex qed jagħmel hekk. Hu staqsa x’kellhom xi jgħidu l-MHRA u l-MDA u kif il-Gvern qed jaġevola l-investiment mill-barranin iżda qed jiddiskrimina mal-imprendituri Maltin.
Id-Deputat Nazzjonalista staqsa jekk hux se jkun hemm finanzjament mill-banek lokali għal dan il-proġett. Staqsa wkoll jekk hux se tinbena xi moskea. Staqsa wkoll għaliex qed issir enfasi fuq il-ħtieġa li jkun hemm l-arja tal-baħar għal min se jiġi jistudja. Staqsa wkoll jekk kienx hemm bżonn li bilfors immorru ż-Żonqor. Staqsa wkoll għaliex din l-għaġla kollha.
//= $special ?>