Is-Soċjetà Mużikali Spinola A.D. 1987 ta’ San Ġiljan se tingħaqad mal-Poplu Kattoliku Malti biex tfakkar dawn il-jiem tal-Milied b’għadd ta’ servizzi mużikali.
B’ kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan, se ttella’ l-Programm Mużikali Annwali tal-Milied fil-Kappella tal-Immakulata Kunċizzjoni fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan, nhar il-Ħadd 20 ta’ Diċembru 2015 fis-7.30pm. Programm, li se jkun taħt il-Patroċinju tal-Arċisqof Emeritus ta’ Malta, l-E.T. Mons. Pawlu Cremona O.P.
Nhar it-Tlieta 22 ta’ Diċembru 2015, Il-M.U.S.E.U.M. ta’ San Ġiljan, il-bandisti tal-post tas-Soċjetà Muzikali Spinola ta’ San Ġiljan, immexxija mis-Surmast Direttur, Aldo Minuti, se jingħaqdu ma’ xi bandisti tal-banda l-oħra Ġiljaniża sabiex bħala banda waħda jakkumpanjaw id-Dimostrazzjoni ta’ Ġesù Bambin mat-toroq ta’ San Ġiljan bid-daqq t’ għanjiet tal-Milied.
//= $special ?>

