Illum waranofsinhar, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil ħalla Malta fi triqtu lejn Brussell, fejn għada se jkun qed jattendi Summit tal-Partit Popolari Ewropew ftit sigħat qabel il-laqgħa tal-Mexxejja tal-Pajjiżi Membri fl-Unjoni Ewropea.
Fuq l-aġenda ta’ dan is-Summit hemm il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-immigrazzjoni, żewġ temi li fl-aħħar xhur iddominaw l-aġenda Ewropea u l-aġenda dinjija.
Għal-laqgħa li se jattendi għaliha Simon Busuttil, se jattendu wkoll fost l-oħrajn il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker, il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel u l-Prim Ministru Spanjol Mariano Rajoy.
//= $special ?>