Fi stqarrija oħra, l-Għaqda Flimkien għal Ambjent Aħjar qalet li l-pubbliku ġie mċaħħad mill-art tiegħu għal prezz redikolu. Il-poplu ġie mċaħħad ukoll mid-dritt li jipparteċipa fil-proċess għax dan ma kienx ħlief daħk fil-wiċċ peress li ġew injorati alternattivi ferm aħjar, mil-lat soċjali, ambjentali u ekonomiku.
L-Għaqda Flimkien għal Ambjent Aħjar qalet li wara li rbaħna l-Indipendenza fl-1964, erġajna dħalna f’era ta’ kolonjaliżmu bl-għoti ta’ biċċiet ta’ art imdaqqsin u binjiet ta’ valur storiku lill-kumpaniji barranin mingħajr il-kunsens tal-poplu u kontra l-interess nazzjonali.
//= $special ?>

