Il-prezz taż-żejt kompla jorħos għal livelli rekord hekk kif l-Erbgħa dan kien ta’ madwar 38 dollaru kull barmil.
Dak magħruf bħala Brent kien qed jinbiegħ għal 27.68 dollaru kull barmil filwaqt li dak magħruf bħala l-West Texas Intermediate kien qed jinbiegħ għal 37.08 dollaru kull barmil.
Mhux qed ikun eskluż li l-prezz taż-żejt jinżel saħansitra għal 35 dollaru kull barmil fil-ġimgħat li ġejjin. Dan hekk kif l-OPEC, l-għaqda tal-pajjiżi li jipproduċu ż-żejt, kompliet tagħti indikazzjoni li mhi se tagħmel xejn biex jiżdied il-prezz. Dan filwaqt li kompla jkun hawn aktar żejt fis-suq milli hemm bżonn.
Fl-istess ħin, Moody’s Investors Service qed tbassar li fl-2016, il-prezz taż-żejt se jkompli jkun ta’ madwar 40 dollaru kull barmil. Sa ftit ilu kien qed ikun imbassar li dan se jkun madwar 50 dollaru kull barmil.
Iż-żejt taħt it-38 dollaru l-barmil
