Kurżitajiet

Jissogra l-ħabs talli insulta lill-kelb tar-Re

epa02787988 Thai King Bhumibol Adulyadej sitting in a wheelchair and accompanied by his favorite dog as he appears to the public at Siriraj Hospital in Bangkok, Thailand, 21 June 2011. The world's longest reigning monarch has been hospitalized since mid-September 2009. King Bhumibol will turn 84 on 05 December 2011. EPA/STR THAILAND OUT

Raġel qed jissogra piena ta’ 40 sena ħabs wara li kiteb kliem sarkastiku dwar Tongdaeng, il-kelb tar-Re Bhumibol Adulyadej tat-Tajlandja (ritratt).
Ir-raġel, Thanakorn Siripaiboon, kien arrestat il-ġimgħa li għaddiet u apparti li kien akkużat li b’dak li kiteb kien insulta lir-Re tat-Tajlandja, reat serju fil-pajjiż, kien akkużat ukoll b’tixwix.
Il-militar Tajlandiż, li s-sena li għaddiet ħataf il-poter f’kolp ta’ stat, ma speċifikax eżattament x’kiteb Siripaiboon dwar il-kelb. Min-naħa l-oħra hemm ħafna fit-Tajlandja li jammiraw lill-kelb u jħeġġu lin-nies jobdu u juru lealtà lejn ir-Re bħalma jagħmel il-kelb tiegħu. Bħalissa t-tieni film l-aktar popolari fis-swali taċ-ċinema tat-Tajlandja hu proprju wieħed dwar Tongdaeng u hu bbażat fuq ktieb li kien kiteb l-istess Re dwar il-kelb tiegħu fl-2002.
F’Diċembru, żewġ studenti tressqu l-qorti wara li kitbu reċta li fiha kien hemm karattru ta’ re fittizju.