Lokali

Rex, il-Kelb tal-Pulizija li rnexxielu jsib 27 gramma droga li kienet moħbija f’ħajt

Dan Rex, il-kelb tal-Pulizija li l-ġimgħa li għaddiet kien strumentali biex tinstab 27 gramma droga reżina tal-Kannabis li kienet moħbija f’ħajt f’Paceville.

Il-Kelb Rex kien akkumpanjat minn Pulizija fis-sezzjoni ta’ kontra d-droga.

L-investigazzjonijiet dwar din is-sejba, bis-saħħa ta’ Rex, għadhom għaddejin.