Sidien ta’ vettura privata qed jitolbu l-għajnuna tal-pubbliku biex jinstabu s-sidien ta’ vettura bil-pjanċi tar-reġistrazzjoni ta’ Franza; AZ 276 AR wara li din laqtet karozza oħra u s-sewwieq baqa’ sejjer.
Jirriżulta li s-sewwieq involut f’dan il-każ ta’ hit and run, li seħħ iktar kmieni llum fl-16:00, għadda wrong side fi Triq il-Ħemel b’veloċita’ eċċessiva u laqat lil karozza oħra ta’ sidien residenti fis-Swieqi stess.
Ir-ritratti juru l-mument li x-xufier ħarab mill-post hekk kif vettura oħra kienet qed timblokka t-triq. Malli nduna li ħabat, is-sewwieq għamel u turn u saq b’veloċita’ mill-post tal-inċident.
F’kummenti, is-sidien tal-vettura milquta spjegaw li jqisu ruħhom fortunati li pruvaw jevitaw l-impatt hekk kif is-sewwieq tal-vettura rreġistrata barra minn pajjiżna kien qed isuq lejhom bis-saħħa. Bil-manuvra tagħhom il-ħsara li sofrew kienet limitata u fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
Dwar dan il-każ sar rapport lill-Pulizija.
//= $special ?>


