Futbol

Sospiżi sitt plejers tal-Kampjonat Premier

Sitt plejers tal-Kampjonat BOV Premier ġew sospiżi logħba kull wieħed mill-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA. Il-koppja ta’ Hibernians, Jurgen Borg u Andrei Agius se jitilfu l-konfront dirett ta’ nhar il-Ħadd kontra Valletta. Il-plejers l-oħra li ġew sospiżi logħba huma Frank Temile ta’ Birkirkara, Angus Buhagiar ta’ Naxxar, Michael Johnson ta’ St Andrews u Ebiabowei Baker ta’ Tarxien.

Il-kowċ ta’ Naxxar Clive Mizzi ġie sospiż logħba filwaqt li l-fisjoterapista ta’ Floriana Luke Busuttil Leaver ġie sospiż żewġ partiti. Gilmar da Silva Ribeiro ta’ Hibs ġie sospiż logħba mill-FA Trophy u se jitlef il-logħba tar-rawnd li jmiss kontra Pembroke. Temile mhux se jilgħab kontra Mosta, Baker u Buhagiar se jitilfu l-konfront bejn Tarxien u Naxxar filwaqt li Johnson mhux se jilgħab kontra Floriana.