L-awtoritajiet għandhom jgħaġġlu l-proċess biex ikunu ppreparati l-istudji soċjali u ġeoloġiċi meħtieġa għal mina bejn Malta u Għawdex.
Dan l-appell sar mill-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija (GBC), fid-dawl ta’ stħarriġ li sar mill-gazzetta MaltaToday, li wera li 60% tal-Għawdxin huma favur il-mina li tgħaqqad liż-żewġ gżejjer.
Fl-istqarrija, il-GBC qalet li l-istħarriġ juri s-sitwazzjonijiet li l-Għawdxin isibu ma’ wiċċhom ta’ kuljum biex jaqsmu lejn Malta għax-xogħol jew kwalunkwe impenn ieħor li jkollhom, kif ukoll biex jirritornaw id-dar.
Il-GBC sostniet li dan il-proġett hu essenzjali mhux biss għax inaqqas l-inkonvenjent tal-Għawdxin fl-impenji tagħhom ta’ kuljum, iżda wkoll iservi ta’ ġid għall-pajjiż.
Madankollu, dan l-istħarriġ ippubblikat il-Ħadd li għadda u li sar bejn 400 Għawdxi u Għawdxija wera wkoll nuqqas ta’ 5% fil-persuni li jaqblu mal-mina bejn iż-żewġ gżejjer.
//= $special ?>