Futbol Sport

Eto’o maħtur plejer-kowċ ta’ Antalyaspor

L-attakkant mill-Kamerun Samuel Eto’o nħatar plejer-kowċ tal-klabb Tork Antalyaspor. Eto’o, li għandu 34 sena kien ingħaqad ma’ Antalyaspor f’Ġunju li għadda meta dakinhar kien iffirma kuntratt ta’ tliet snin. Issa l-eksplejer ta’ Barcelona u Inter se jkun qed jieħu post Yusuf Simsek li kellu l-kuntratt itterminat matul il-ġimgħa li għaddiet.

Wara l-waqfa tal-Milied Antalyaspor se jiddeċiedu jekk Eto’o jibqax jokkupa din il-kariga jew le. Din hi l-ewwel darba li Eto’o qed jinvolvi ruħu fit-tmexxija ta’ klabb.