“Ftehim oxxen fi żminijiet oxxeni”. Hekk ġie deskritt minn The Malta Independent il-ftehim li sar mill-Gvern mal-Ġordaniżi ta’ Sadeen Group, liema ftehim wassal biex art ODZ fiż-Żonqor tgħaddi għand żviluppatur barrani biex isir bini fiha.
L-editorjal ta’ dan il-ġurnal jispjega għaliex il-proġett kien oxxen sa mill-bidu tiegħu. Dan minħabba l-fatt li din tal-Ġordaniżi la hija Universita’, wisq iżjed Amerikana.
Fl-aħħar mill-aħħar, dan il-proġett oxxen huwa biss biċċa negozju li minnu se jgawdi Sadeen, u li se jimmira biss għal studenti barranin.
Fl-opinjoni ta’ dan il-ġurnal, huwa ċar illi l-Gvern qed jeċċella fil-kompromessi. Ifakkar ukoll li issa spiċċajna sirna nafu li fuq kollox dan il-bini tal-Ġordaniżi fuq ODZ se jkun biss Istitut u mhux Universita’.
Għal aktar minn darba, l-editur tal-Independent jgħid li dan il-ftehim kien biss tejatrin oxxen. Tejatrin li jirrifletti l-oxxenitajiet taż-żminijiet li qed ngħixu fihom, b’deputati jinqabdu fi skandli u ma jwarrbux, u Gvern li jinħeba wara l-iskuża tal-investigazzjonijiet.
//= $special ?>