Raġel impjegat bħala tekniku mal-linja Air India tilef ħajtu traġikament wara li nġibed direttament għal ġo magna ta’ ajruplan, fl-ajruport ta’ Mumbaj, fl-Indja.
It-traġedja seħħet waqt li l-ajruplan, li kien qed iħejji għal titjira minn Mumbaj għal Hyderabad, kien qed jitmexxa, b’tow van, lejn post speċifiku fuq il-mitjar qabel it-tluq.
It-tmexxija tal-Air India fissret l-inċident bħala xi ħaġa aċċidentali. Intant, il-gazzetta ‘Times of India’ ikkwotat sorsi tal-kumpannija li l-vittma kien bilwieqfa qrib l-ajruplan fl-ajruport ta’ Chhatrapati Shivaji f’ħin meta l-kopilota kien qabbad il-magni.
Mifhum li l-Air India ddeċidiet li tissospendi pilota u kopilota fost inkjesta. L-inċident makabru qed ikun investigat, uffiċjalment, mill-Bureau li jindaga inċidenti li jinvolvu l-linji tal-ajru u li qed jiffunzjona taħt l-awtorità tal-avjazzjoni ċivili tal-Indja.
//= $special ?>