Internazzjonali

Lejn proċess tal-qorti għal Christine Lagarde

Il-Kap tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) Christine Lagarde għandha tgħaddi minn proċess tal-qorti għal allegata negliġenza rigward ħlas ekwivalenti għal 400 miljun ewro li kien sar lil negozjant fl-2008.

Lagarde kienet il-Ministru tal-Finanzi fil-Gvern li mexxa l-eks-President ta’ Franza, Nicolas Sarkozy, fiż-żmien meta s-somma tħallset f’kumpens lin-negozjant Bernard Tapie.

Fl-1993, Tapie biegħ il-maġġoranza tal-ishma li kellu fil-kumpanija Adidas biex isir Ministru tal-Kabinett. Hu kien ħarrek il-bank ta’ Credit Lyonnais (li hu kkontrollat, f’parti, mill-Istat) dwar il-mod kif mexxa l-bejgħ u allega li l-bank iffrodah meta ssottovaluta, dolożament, il-valur tal-kumpanija.