Kurżitajiet

Ordni tal-Qorti timblokka WhatsApp fil-Brażil

Maġistrat fil-Brażil imblokka l-użu tal-WhatsApp fil-pajjiż. Din id-deċiżjoni se taffetwa 100 miljun persuna.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Facebook Mark Zuckerberg qal li l-kumpanija qed taħdem bis-saħħa biex id-deċiżjoni tal-Qorti tiġi riveduta. “Din hija ġurnata ta’ dieqa kbira għall-Brażil”, sostna Zuckerberg.

Huwa qal li għalissa n-nies jistgħu xorta jużaw il-Facebook Massenger biex jikkomunikaw.