Presepju mhux tas-soltu f’Madrid, fi Spanja, hekk kif artist iddeċieda li minflok il-Familja Mqaddsa jpoġġi lir-refuġjat Sirjan ta’ tliet snin, li miet mgħarraq waqt vjaġġ ta’ refuġjati lejn l-Ewropa, u lill-ġenituri tiegħu.
Ikella Alonso, li kkrea dan il-presepju, qal li l-idea tiegħu hi li titqajjem kuxjenza li ma nistgħux ma nagħtux każ dawn it-traġedji. Hu saħansitra poġġa tinda minflok l-għar tradizzjonali.
“Eluf ta’ refuġjati qed itertru bil-bard u jmutu bil-ġuħ hekk kif l-uniku saqaf fuq rashom hi s-sema, bix-xita nieżla,” spjega Ikella Alonso.
//= $special ?>