Wara li fl-aħħar jiem sar magħruf li ġejjin f’Malta t-timijiet ta’ PSV Eindhoven u Legia Warszawa għal kamp ta’ taħriġ magħhom f’Malta se jkun hawn wkoll FC BATE Borisov, Viktoria Plzen, Eintracht Braunschweig, Caykur Rizespor, Stabaek, Terek Grozny, Aalesunds FK u FK Decic.
Minbarra dawn f’Malta ġejjin anke t-timijiet nazzjonali tal-Moldova, tal-Ukrajna u tal-Latvja.
Se jkun hawn anke t-tim nazzjonali tal-U21 tar-Repubblika Ċeka u tal-Montenegro kif ukoll skawadra mill-akkademja ta’ MLS Elite.


