Il-Vatikan illum ħabbar li Mother Teresa ta’ Calcutta se tkun Kanonizzata f’Settembru tas-sena ddieħla.
Madre Tereża, imwielda fl-Albanija, ħadmet qatigħ fost il-foqra u l-morda tal-Indja, b’mod partikolari f’Calcutta, permezz tal-ordni mwaqqfa minnha, Missjunarji tal-Karità li mbagħad infirxet f’130 pajjiż.
Kienet ingħatat iċ-ċittadinanza Indjana fl-1948 u hi meqjusa ‘omm’ miljuni ta’ Indjani, speċjalment mill-iżgħar fost iż-żgħar.
Madre Tereża ġiet dikjarata Beata mill-Papa, illum San Ġwanni Pawlu II fid-19 t’Ottubru tal-2003 wara li ġie rikonoxxut il-fejqan mirakoluż ta’ mara li kellha tumur fiż-żaqq. Hi mietet fil-5 ta’ Settembru 1997.
//= $special ?>