L-Olandiż ta’ 69 sena Guus Hiddink jinsab favorit li jieħu post Jose’ Mourinho bħala manager ta’ Chelsea.
L-għidut komplew jissaħħu meta dalgħodu Hiddink deher fl-ajruport ta’ Heathrow Londra.
Chelsea se jaffrontaw lil Sunderland għada fl-4pm.
Hiddink diġa’ kien kowċ tal-Blues fl-2009, meta rebaħ l-FA Cup. Tul il-karriera tiegħu mexxa diversi klabbs bħal PSV u Real Madrid, u timijiet nazzjonali li jinkludu t-Turkija, l-Olanda, il-Korea t’Isfel u r-Russja.
//= $special ?>


