Ir-Rapport tal-Uffiċċju tal-Verifika (NAO) juri biċ-ċar li matul is-sena li għaddiet saru ħames vjaġġi mill-uffiċjali tal-Ministeru ta’ Konrad Mizzi, liema vjaġġi swew €29,000. Dawn il-flus, jgħid l-Awditur Ġenerali, m’hemm xejn x’juri għalihom. F’żewġ każi partikolari, ma ingħatat l-ebda raġuni għall-vjaġġi li saru.
Ir-rapport tal-Awditur Ġenerali li tpoġġa’ fuq il-Mejda tal-Kamra, jindika li kien hemm informazzjoni nieqsa meta saret il-verifika. U fuq żewġ titjiriet lejn iċ-Ċina ma nsatbux l-ebda stimi.
Il-ġurnal The Malta Independent illum jirrapporta illi l-istess Ministeru ta’ Konrad Mizzi kien involut f’nuqqasijiet oħrajn. Fost l-oħrajn jissemma’ s-servizz ta’ ikel li kien provdut għall-Konferenza tal-Enerġija li saret f’Lulju 2014 – servizz li sewa’ €10,000 aktar mill-istima oriġinali. L-Awditur jgħid li ma ingħatat ebda spjegazzjoni għal din iż-żieda ta’ eluf ta’ ewro.
//= $special ?>

