“Jiddispjaċini ħafna ta’ dak li għamilt. Qatt ma messni solvejt il-problema bil-vjolenza.”
Kliem il-ġuvni ta’ 16-il sena li jumejn ilu nstab ħati mill-Qorti li agredixxa tfajla quddiem il-Parlament. Il-Qorti ġegħlet lill-ġuvni jħallas multa ta’ €60.
FILMAT: Il-filmat li wassal biex il-ġuvni ġie arrestat wara li agredixxa tfajla quddiem il-Parlament
Waqt il-programm Xarabank, spjega li l-istorja bdiet meta qasam ritratt kunfidenzjali tiegħu mat-tfajla, li skont il-ġuvni hi ħabiba tal-qalb tiegħu. L-intopp beda meta din it-tfajla, skont il-ġuvni, bdiet tibgħat ir-ritratt lil terzi persuni.
Il-ġuvni spjega li wara ħafna żmien jissaporti, żvoga meta ra lit-tfajla l-Belt u kien hemmek meta sawwatha, liema swat inqabad fuq filmat.
Waqt Xarabank, il-ġuvni rringrazzja lit-tfajla talli ħafritlu waqt li qal li kien qed jaħfrilha talli qassmet ir-ritratt kunfidenzjali tiegħu.
Filmat: Xarabank / PBS
//= $special ?>

