Futbol Sport

Replay Preview ilejla fid-9pm fuq Net Television – Preview għall-partita tal-ġimgħa bejn Valletta u Hibernians

Illejla jixxandar programm ieħor interessanti mis-sensiela Replay Preview fid-9pm fuq Net Television. Fil-programm tal-lum se jkun hemm preview dettaljat tal-partita tal-ġimgħa bejn Valletta u Hibernians li se tintlgħab nhar il-Ħadd li ġej kif ukoll previews, bl-intervisti mal-kowċis u plejers u l-aħħar aħbarijiet qabel kull logħba, tal-partiti l-oħra tal-Kampjonat Premier.

Mir-rubrika ta’ kull ġimgħa, ‘X’Sar Minnhom?’ ilejla niltaqgħu mal-eks President ta’ Balzan, George Borg fejn se jkun qed jitkellem dwar x’waslu biex illum m’għadux involut fil-futbol lokali, waqt li jkun hemm servizz mhux tas-soltu u interessanti dwar il-Kampjonat tat-Tieni Diviżjoni, hekk kif preżentament hemm tliet timijiet f’ras il-klassifika. Nitkelmu mal-kowċis ta’ Għargħur, Marsa u Sirens.

Replay Preview hu programm ġdid sportiv li beda f’Settembru li għadda u hu parti mill-produzzjoni tat-tim ta’ Replay li hu mmexxi minn Christian Micallef. Sa mill-ewwel programmi minn din is-sensiela, Replay Preview kellu rispons tajjeb ħafna mit-telespettaturi għaliex b’stil differenti minn programmi oħra u b’format riċerkat u informattiv, il-programm iwassal l-aħħar kummenti tal-kowċis u plejers kif ukoll aħbarijiet qabel kull partita mill-Kampjonat Premier kif ukoll minn diviżjonijiet oħra.

Replay Preview jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa id-9pm fuq Net Television. Il-programm hu miġjub lilkhom grazzi għal Twistees, McVities, Carlsberg, Best Deal Properties, King of Shaves u Malta Football Players Association. Il-programm għandu produzzjoni ta’ Stephen Chircop u Christian Micallef waqt li Stewart Said jgħin fil-produzzjoni.