Qawwiet speċjali Amerikani li kienu marru l-Libja biex jgħinu lit-truppi tal-Gvern Libjan kellhom jitilqu mill-pajjiż, ftit wara li niżlu. Huma telqu mingħajr inċident f’sitwazzjoni dovuta għal ‘domandi min-naħa ta’ grupp tal-milizzji lokali’.
L-iżvilupp ġie żvelat mill-uffiċjali tal-Istati Uniti, wara rapporti li 20 truppi tal-qawwiet speċjali Amerikani kienu niżlu, nhar it-Tnejn, f’bażi tal-ajru lejn il-Punent tal-Libja. Intant kelliem għall-Africa Command tal-Istati Uniti qal li t-truppi Amerikani għażlu li jitilqu biex jevitaw xi konflitt potenzjali u meta huma kienu marru l-Libja biex ikattru l-kuntatti ma’ elementi fi ħdan l-Armata Nazzjonali Libjana.
L-Istati Uniti għandha interessi strateġiċi fil-Libja bħala parti mill-kampanja tagħha kontra t-terroristi tal-ISIS.
Ma ngħatawx aktar dettalji dwar l-inżul tat-truppi Amerikani fil-bażi ta’ al-Wattiya.
Madankollu, jidher li ma kienx hemm xi ftehim ‘minn qabel’ mal-gruppi tal-milizzji Libjani f’dik iz-zona. Il-bażi inkwistjoni mhix ikkontrollata direttament mill-Armata Libjana, iżda minn milizzja li hi affiljata magħha u dan seta’ wassal għal xi diżgwid.
Sadanittant, ritratti tal-‘missjoni sigrieta’ tal-qawwiet Amerikani kienu pubblikati fil-paġna tal-Facebook uffiċjali tal-qawwiet tal-ajru Libjani, flimkien ma’ kumment li ‘t-truppi kienu niżlu (fil-Libja) mingħajr koordinament preċedenti’.
Il-gruppi armati li jikkontrollaw ħafna territorji tal-Libja ma kenux imsieħba fl-aħħar taħditiet li wasslu għall-iffirmar, fil-Marokk, ta’ ftehim sponsorjat min-Nazzjonijiet Uniti biex il-Libja jkollha Gvern għall-għaqda nazzjonali. Il-ftehim kien iffirmat, nhar il-Ħamis, mill-politiċi tal-Gvernijiet Libjani rivali li wieħed minnhom għandu s-sede f’Tobruk u bl-ieħor ikun ibbażat fi Tripli.
I
//= $special ?>