Diversi persuni nqatlu f’attakk qalil fiċ-ċentru ta’ Mogadishu, il-belt kapitali tas-Somalja, bir-rapporti jirreferu għal numru ta’ midruba.
L-attakk beda bi sparatura, bl-aggressuri fl-inħawi, aktar tard, itajjru karozza-bomba mal-wasla tal-pulizija. Ħadd ma assuma responsabbiltà għad-dmija, meta l-maġġoranza tal-vittmi huma ċivili.
Ix-xhieda f’Mogadishu qalu li l-aggressuri kienu fetħu n-nar fuq karozza ta’ uffiċjal tal-Gvern Somalu u fejn fil-pront qamet battalja bejn l-istess aggressuri u l-membri tas-sigurtà tal-Uffiċjal. L-isplużjoni sussegwenti, intant, kienet qawwija biżżejjed biex teqred diversi karozzi u parti minn supermarket fiz-zona.
//= $special ?>