L-għaqda internazzjonali Christian Aid to the Church in Need għal sena oħra se tkun qed tqassam ikel lil 13,500 familja li kellhom jaħarbu minn djarhom f’Mosul u f’Nineveh, fis-Sirja u fl-Iraq, minħabba l-ISIS.
Iżda sabiex, l-għaqda f’Malta, Christian Aid to the Church, in Need, tkun tista’ tagħmel dan għandha bżonn l-għajnuna tal-pubbliku.
Dan billi dawk il-familji li se jorganizzaw ikla mal-qraba tagħhom iħallu mal-mejda tal-ikel siġġu vojt li għandu jirrapreżenta refugjat. Il-familja mbagħad tagħmel donazzjoni li għandha tirrifletti l-prezz tal-ikel, daqs li kieku dak ir-refugjat ikun kiel magħhom.
B’dan il-mod l-għaqda tkun qed tistieden lill-familji f’pajjiżna sabiex igawdu l-Milied ma’ familji oħra li tilfu dak kollu li kellhom minħabba li kienu ppersegwitati minħabba r-reliġjon li jħaddnu, r-reliġjon nisranija.
L-idea li jingħata ikel lil dawn il-familji kienet ta’ Fr. Khalil Jaar, li fil-Gordan jieħu ħsieb mal-400 familja mis-Sirja u l-Iraq li ħarbu mill-ISIS.
Fr Jaar kien żar pajjiżna f’Ottubru ta’ din is-sena stess u kien f’dak iż-żmien li ħareġ b’din l-idea.
Kull min jixtieq jagħmel id-donazzjoni tiegħu jista’ jikkuntatja lill-għaqda fuq info@acnmalta.org.
//= $special ?>