Il-mexxej tal-komunità Musulmana f’Malta, l-Imam Mohammed Elsadi, fi stqarrija appella biex il-Malti li nħataf fil-Libja, jinħeles malajr kemm jista’ jkun.
Pierre Baldacchino nħataf it-Tnejn meta kien f’karozza fi Tripli. Kien hemm rapporti li Baldacchino kien fil-mira speċifika ta’ min ħatfu.
“Nappella lil min ħatfu biex jeħilsu minnufih u mingħajr ebda kundizzjoni” qal l-Imam fi stqarrija li fiha appella wkoll lill-awtoritajiet ta’ Tripli biex jintensifaw il-ħidma tagħhom biex jinħeles il-Malti.
Fl-istqarrija, l-Imam Elsadi qal li l-Libjani u l-poplu Malti għandhom storja twila ta’ rispett reċiproku, ħbiberija u koperazzjoni u għaldaqstant, il-ħtif hu aċċidentali u individwali.
L-Imam qal li qed jesprimi solidarjetà mal-familja tal-vittma.
//= $special ?>