Lokali

L-Istrina f’Għawdex għat-tieni sena konsekuttiva

L-akbar festa ta’ ġenerożita’ f’Malta bla dubju hi l-Istrina li din is-sena se terġa’ ssir l-għada tal-Milied, fis-26 ta’ Dicembru.

Iżda l-attivitajiet li jwasslu għall-Istrina ma jonqsux, u l-anqas ma jonqos is-sehem t’Għawdex f’dan l-avveniment, tant li din is-sena kienet organizzata t-tieni edizzjoni tal-Istrina f’Għawdex.

Bħala parti minn din l-attivita’, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca żaret numru ta’ lokalitajiet, fejn intlaqgħet minn mijiet ta’ Għawdxin, fosthom fil-lokalitajiet tal-Fontana, Kercem, il-Munxar, Għajnsiele,, ix-Xewkija u s-Sannat.

Id-donazzjonijiet madanakollu bdew deħlin sa’ minn tmiem il-ġimgħa li għaddiet, meta l-President żaret ukoll il-lokalitajiet Għawdxin tal-Qala u n-Nadur.