Sport Sport Ieħor

La Salle Rivareno jegħlbu lir-rivali Aloysians Zmerċ

Fi tmiem il-ġimgħa, fil-padiljun tal-Università, tkompla l-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tan-nisa. Fil-partita tal-ġimgħa mill-kampjonat, it-tim ta’ La Salle Rivareno kompla jsaħħaħ postu fil-klassifika wara li għeleb lir-rivali eterni Aloysians Zmerc bir-riżultat ta’ 29-21.

La Salle kellhom lill-plejerUngeriża, Diana Husko f’forma brillanti fejn skurjat xejn anqas minn disa’ gowls. Mill-bidu tal-logħba, La Salle marru fuq quddiem u bil-mod il-mod ikkontrollaw il-logħba u kabbru d- distakk fejn daħlu jistrieħu b’sitt gowls vantaġġ.

L-ewwel taqsima spiċċat 16-10 favur La Salle. Fil-bidu tat-tieni taqsima Aloysians żiedu r-ritmu u għamlu reazzjoni. Madanakollu xejn ma qata’ qalb La Salle li minn naħa tagħhom baqgħu jissieltu sal-aħħar. La Salle żammew il-vantaġġ u ikkontrollaw il-logħba. La Salle ssuperaw dan il-konfront b’tal-aħħar joħorġu rebbieħa b’29-21.

Il-plejer Diana Husko, awtriċi ta’ 89 gowls, ġiet ivvotata bħala l-aħjar plejer tal-logħba filwaqt li Janice Bonnici kienet l-aħjar plejer għal Aloysians. Iż-żewġ uffiċjali tal-logħba kienu Stefan Desira u Thomas Degiorgio.

It-tieni logħba kienet bejn Kavallieri RS2 u Swieqi Gasan Mamo Phoenix, b’tal- ewwel joħorġu rebbieħa u jiksbu t-tliet punti. Mill-bidu tal-logħba, Kavallieri marru fuq quddiem u ikkontrollaw il-logħba u kabbru d- distakk fejn daħlu jistrieħu bi 18-il gowl vantaġġ.

Fit-tieni taqsima, għal ħinijiet twal, kienu l- Kavallieri li ssuperaw b’tal-aħħar isiru veloċi u letali fl- attakki tagħhom. B’pass sostnut it-tim ta’ Kavallieri, immexxi minn Luke Zammit, ikkontrollaw l-avversarji u ħarġu rebbieħa bi skor ta’ 43-14.

Sarolta Toth ta’ Kavallieri, ġiet ivvotata l-aħjar plejer tal-logħba filwaqt li Daniela Cumbo kienet l-aħjar plejer għall-Swieqi.