Id-Direttorat Għas-Saħħa Ambjentali javża li l-prodott Chicken Breast Fillets tad-ditta Green Valley m’għandux jiġi kkonsmat minħabba l-possibilita’ ta’ preżenza ta’ salmonella. Il-kumpanija nvoluta ġiet obbligata tirtira l-prodott mis-suq iżda peress li probabbilment il-prodott laħaq wasal għand il-konsumatur, bħalma jsir f’dawn il-każi, id-direttorat hu obbligat li jiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku.
Deskrizzjoni tal-Prodott:Flett tas-sider tat-tiġieġ, klassi A
Ditta:Green Valley
Deskrizzjoni tal-maħfen:Tilari tal-ġablow isfar imgeżwer fil-plastik
Oriġini:Polonja
Numru tal-Lott:534301 (52)
Iffriżati:19/08/2015
Data tad-Durabbilita` minima: Frar 2017
Għal iktar informazzjoni il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numri tat-telefon 2133 7333 jew email fuq email mhi@gov.mt
//= $special ?>

