Lokali

Wara siegħa jistennew tal-linja: ‘Sorry not in service’

Residenti Dinglin li lbieraħ filgħaxija riedu jaqbdu tal-linja lejn il-Belt, rotta 52 tat-20:30, qattgħu iktar minn siegħa jistennew għalxejn fid-dlam u l-kesħa għaliex din baqgħet ma ġietx. Uħud kien ilhom mit-20:00 jistennew għalxejn.

Biex tkompli tgħaxxaq, xufier li għadda iktar tard, ftit qabel id-21:00, irrifjuta li jtella’ lil dawk li kienu fuq l-istejġ u jniżżilhom sar-Rabat għaliex il-karozza tiegħu kienet immarkata ‘Not in service’ u lanqas biss fetaħ il-bieba. Dan minkejja li r-Rabat xorta waħda hu fi triqtu.

Bil-konsegwenza t’hekk dawk li kienu qed jistennew tal-linja qattgħu sad-21:30, sakemm ġiet il-karozza tal-linja li jmiss, u damu sal-22:00 biex waslu l-Belt; sagħtejn wara li ħarġu jistennew tal-linja.

Ritratt: Il-karozza tal-linja mmarkaa ‘Not in service’ siegħa wara li l-passiġġieri kien ilhom jistennew tal-linja.