Kummerċ Lokali

25% biss jgħidu li n-negozju sejjer tajjeb għal Milied

Huma biss 25 fil-mija tan-negozji fil-belt Valletta li jħossu li din is-sena, fiż-żmien tal-festi tal-Milied, in-negozju tagħhom sejjer tajjeb.

Il-maġġoranza assoluta tas-sidien, jiġifieri 65% jew inkella 26 minn 40 stabbiliment, qalu li n-negozju tagħhom sejjer mhux ħażin waqt li l-10% l-oħra qalu li din is-sena rreġistraw rendiment ħażin.

Dan joħroġ minn stħarriġ li sar mill-gazzetta Illum li minnu joħroġ biċ-ċar li s-sidien tan-negozju fil-Belt iħossu li din is-sena l-kummerċ jinsab fl-istess livell tas-sena li għaddiet waqt li 23% tas-sidien irrapurtawkummerċ in qas tajjeb mis-sena li għaddiet.

L-istess stħarriġ, li sar fost is-sidien tan-negozju fi tliet toroq ewlenin fil-Belt Valletta, jiġifieri Triq ir-Repubblika, Triq il-Merkanti u Triq Zekka fejn joħroġ li dawn jinsabu ħerqana għal spinta fin-negozju matul din il-ġimgħa biex ikunu jistgħu jirreġistraw kummerċ aħjar.

Fost il-problemi li semmew is-sidien tan-negozji b’rabta mal-fatt li n-negozju jinsab fl-istess ilma tas-sena li għaddiet kien hemm
il-problemi li jeżistu fit-trasport pubbliku, b’dawk li pparteċipaw fl-istħarriġ jirreferu għal dan u l-problema tal-parkeġġ.